Mario Farrugia

Directions

Mario Farrugia pension er

29/10/2026
29/10/2026

Dak li ġara lil Jason Silvio, is-Sindku ta’ Raħal Ġdid, li kontrih inħareġ mandat ta’ sekwestru mill-iżviluppatur Johann Montfort, huwa l-aktar każ riċenti ta’ intimidazzjoni vendikattiva min-naħa tal-iżviluppaturi fil-konfront ta’ dawk li jiddefendu d-drittijiet tar-residenti, l-ambjent u l-kwalità tal-ħajja tagħna.

❗Is-Sindku ta’ Raħal Ġdid spiċċa bil-kontijiet bankarji tiegħu ffriżati wara li l-Kunsill Lokali ta’ Raħal Ġdid appella deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ippjanar li approvat żvilupp ta’ blokka appartamenti b’diversi sulari fiż-Żona ta’ Konservazzjoni Urbana (UCA) tal-lokalità.

Jeħtieġ li jiġi enfasizzat li l-appelli fil-qasam tal-ippjanar, bħal dak imressaq mill-Kunsill Lokali ta’ Raħal Ġdid, huma dritt stabbilit bil-liġi, u ħadd m’għandu jiġi ppenalizzat talli jeżerċita d-drittijiet legali tiegħu. Għaldaqstant, dan il-mandat ta’ sekwestru, ippreżentat mill-iżviluppatur, huwa manuvra proċedurali li daqt se jkollha tiġi rtirata.

⚠️ Madankollu, il-fatt li l-iżviluppatur irrikorra għal tattika ta’ intimidazzjoni daqshekk sfaċċata jibgħat messaġġ tat-tkexkix lil dawk kollha li jippruvaw jissieltu kontra proġetti ta’ żvilupp li jagħmlu l-ħsara, u kontra l-approvazzjoni tagħhom minn awtoritajiet servili bħall-Awtorità tal-Ippjanar. Nemmnu li l-Gvern għandu jwaqqaf dan l-abbuż tal-mandati tas-sekwestru.

Filwaqt li jesprimu s-solidarjetà tagħhom mas-Sindku ta’ Raħal Ġdid, l-għaqdiet mhux governattivi jħeġġu lil kulħadd biex nirreżistu dan il-bullying mill-iżviluppaturi u nkomplu niddefendu l-kwalità tal-ħajja u l-ambjent. Aħna lesti li niġġieldu spalla ma’ spalla ma’ dawk kollha li l-iżviluppaturi jippruvaw jintimidaw biex iġegħluhom ibaxxu rashom għar-rieda tagħhom.

Il-bullying mill-iżviluppaturi mhux se jaħdem ✊

BirdLife Malta | Din l-Art Helwa | FAA Flimkien għal Ambjent Aħjar | Friends of the Earth Malta | Moviment Graffitti | Nature Trust - FEE Malta | Ramblers Malta | Wirt Għawdex

Read in English in the comments

29/10/2026

Il-jum it-tajjeb.
F’Settembru tal-1949 żgħażagħ Albaniżi telqu mill-Port il-Kbir fuq dgħajsa tas-sajd jisimha ‘Stormie Seas’ biex jidħlu baxx baxx l-Albanija ħdejn Vlora. Wara, ajruplani bdew jitilqu minn Malta u jtiru fuq l-Albanija u jitfgħu fuljetti ta’ propaganda kontra l-gvern.

Is-servizz sigriet Amerikan, is-CIA, u dak Britanniku l-MI6, kienu rreklutaw żgħażagħ Albaniżi u ġabuhom Malta f’Lulju 1949 biex iħarrġuhom fil-Forti ta’ Binġemma biex jagħmlu operazzjonijiet sigrieti fl-Albanija kontra l-gvern.

Il-grupp ta’ żgħażagħ kien imlaqqam ‘Pixies’ mill-MI6, ħlejjaq żgħar imqarbin li jagħmlu affarijiet li mhux suppost u ma jinqabdux. F’Forti Binġemma ġew imħarrġa mijiet ta’ żgħażagħ Albaniżi, fi gruppi żgħar biex ma jagħtux fil-għajn.

Il-gvern Malti ma ġiex infurmat

Ingħataw xahrejn taħriġ qawwi fiżiku u psikoloġiku kif jużaw l-armi, jagħmlu l-bombi u jwettqu sabutaġġ industrijali fl-Albanija. Għallmuhom jikkomunikaw bir-radju, bil-Morse Code u kif jispjunaw f’pajjiżhom. Għallmuhom ukoll jaqraw il-mapep u kif jidħlu bid-dgħajjes fl-Albanija baxx baxx.

Malta kienet kolonja Britannika dak iż-żmien u l-gvern Malti ma ġiex infurmat li Malta kienet qed tintuża’ biex ir-Renju Unit u l-Istati Uniti jsiru jafu x’inhu għaddej fl-Albanija li kellha tmexxija Komunista u x’jistgħu jagħmlu biex ifixklu l-gvern, idawru lill-Albaniżi kontra l-gvern tagħhom u jaraw jistgħux iwaqqgħuh.

L-MI6 sejjaħ il-programm ‘Operation Valuable’ waqt li s-CIA sejjaħlu ‘Project BGFriend’. F’Malta ingħataw taħriġ mijiet ta’ żgħażagħ Albaniżi li ħafna minnhom spiċċaw maqtula. Żgħażagħ oħra tħarrġu l-Ġermanja fl-istess programm kontra l-gvern Albaniż.

Ġew imħarrġa 500 aġent u 2,000 għal azzjonijiet militari. Bejn l-1949 u l-1954 l-operazzjonijiet li saru fallew kollha. Inqatlu b’kollox 961 bejn aġenti u ġellieda militari Albaniżi. L-oħrajn ittieħdu priġunieri u spiċċaw il-ħabs fit-tul.

L-operazzjonijiet fallew

Malli l-ewwel żgħażagħ telqu minn Malta niżlu fix-xatt tal-Albanija, tlieta ġew maqtula mis-suldati Albaniżi u ieħor għeb. Għall-ewwel intqal li l-operazzjonijiet fallew għax kixifhom l-ispjun famuż Kim Philby meta għadda d-dettalji lis-servizz sigriet KGB f’Moska u min-naħa tagħhom kienu nfurmaw lill-gvern Albaniż.

Is-CIA u l-MI6 kienu għażlu l-Albanija bħala l-ewwel pajjiż fejn għamlu operazzjoni wara t-Tieni Gwerra Dinjija għax ħasbu li l-gvern Komunista kien se jaqa’ malajr għax kien hemm ħafna firdiet fih. Ħasbu wkoll li l-Unjoni Sovjetika ma kinetx se tidħol fi gwerra biex taqbeż għall-Albanija għax kienet ‘il bogħod mill-fruntiera tal-blokk Sovjetiku.

F’ ‘Rich Harvest of Bitter Fruit: MI6-CIA Covert Action in Communist Albania’ (Icon Books - 2026), Stephen Long jgħid li l-operazzjonijiet kienu ppjanati ħażin u mingħajr ma kienu jafu sew ir-realtà Albaniża u għamlu ħafna żbalji. Sadattant il-Maltin ma kinux jafu li arthom qed tintuża’ f’operazzjonijiet mis-servizz sigriet Britanniku u dak Amerikan biex iwaqqgħu l-gvern tal-Albanija.
Saħħa u sliem.

Żgħażagħ Albaniżi jingħataw taħriġ f’Malta u fil-Ġermanja mis-CIA u l-MI6

29/10/2026
29/10/2026
29/10/2026

Address

Paola

Website

Alerts

Be the first to know and let us send you an email when Mario Farrugia posts news and promotions. Your email address will not be used for any other purpose, and you can unsubscribe at any time.

Shortcuts

Share